Real Madrid CF3ewa
|
| ||||
| Isem sħiħ | Real Madrid Club de Fútbol[1] | |||
|---|---|---|---|---|
| Ismijiet oħra |
Los Blancos (Il-Bojod) Los Merengues (Il-Meringi)[2] | |||
| Fundazzjoni | 6 ta' Marzu 1902, bħala Madrid Football Club | |||
| Grawnd |
Santiago Bernabéu, Madrid (Jesa': 81,044[3]) | |||
| President | Florentino Pérez | |||
| Kowċ | Santiago Hernán Solari | |||
| Kampjonat | La Liga | |||
| 2018–19 | 2ni | |||
| Sit elettroniku | http://www.realmadrid.com/ | |||
| ||||
Real Madrid Club de Fútbol (magħruf sempliċement bħala Real Madrid) hu klabb tal-futbol professjonali bbażat f'Madrid, fi Spanja. Fil-futbol Spanjol hu l-iktar tim b'suċċessi u ġie vvutat mill-FIFA bħala l-aqwa klabb tas-seklu 20, wara li rebaħ rekord ta' wieħed u tletin titlu tal-La Liga, sbatax-il Tazza Spanjola, disa' Tazez taċ-Ċampjins u żewġ Tazez UEFA. Real kienu fost il-membri fundatarji tal-grupp G-14, għaqda li kienet tgħaqqad l-aqwa klabbs Ewropej li ġiet sostitwita mill-European Club Association.
Fundat fl-1902, Real Madrid qatt l-istorja kollha tiegħu fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol. Fis-snin ħamsin, il-klabb stabilixxa lilu nnifsu bħala forza kbira kemm fil-kamp Spanjol u anki f'dak Ewropew. Fis-snin tmenin, il-klabb kellu wieħed mill-aqwa timijiet fi Spanja u l-Ewropa (magħruf bħala La Quinta del Buitre), fejn rebaħ żewġ Tazez UEFA, ħames kampjonati Spanjoli konsekuttivi u tliet Supertazez Spanjoli.
Il-kulur tradizzjonali tal-klabb għal logħob ġewwa darhom huwa kollox abjad. L-emblema ġie mibdula diversi drabi matul is-snin fi sforz biex jimmodernizzawha; l-emblema kurrenti hi verżjoni modifikata tal-ewwel waħda adottata fl-1920. Huma jilgħabu fis-Santiago Bernabéu, li jospita 80,354 ruħ, fejn ilu jilgħab fih mill-1947. B'differenza minn ħafna klabbs tal-futbol Ewropej, il-membri ta' Real Madrid (socios) kienu proprjetarji u operaw lill-klabb mill-fundazzjoni tiegħu. Real hu l-iktar klabb tal-futbol sinjur fid-dinja (€366m) skont l-introjtu li jagħmel.
Werrej
- 1 Storja
- 2 Kuluri u emblema
- 3 Innu
- 4 Stadju
- 5 Benjamini u rivalità
- 5.1 Rivalità ma' Barcelona
- 5.2 Rivalità ma' Atlético Madrid
- 6 Rekords u statistika
- 7 Skwadra kurrenti u staff
- 7.1 L-ewwel tim
- 7.2 Plejers barra b'self
- 8 Staff
- 8.1 Bord tad-diretturi
- 9 Plejers
- 9.1 Kaptani
- 9.2 Rekords tal-plejers
- 9.2.1 L-aktar apparenzi
- 9.2.2 L-aktar gowls
- 10 Presidenti
- 11 Kowċis
- 12 Unuri
- 12.1 Kompetizzjonijiet domestiċi
- 12.2 Kompetizzjonijiet internazzjonali
- 13 Ara wkoll
- 14 Referenzi
- 15 Ħoloq esterni
Storja[immodifika | immodifika s-sors]
Kuluri u emblema[immodifika | immodifika s-sors]
|
| |||||||||
L-ewwel emblema ta' Real Madrid kellha disinn sempliċi li kien jikkonsisti mit-tliet inizzjali tal-klabb, "MCF" għal Madrid Club de Fútbol, imwaħħdin ma' xulxin u miktubin b'kulur blu skur fuq flokk abjad. L-ewwel bidla fl-emblema seħħet fl-1908 meta l-istess tliet inizzjali adottaw stil bħallikieku qegħdin fuq xulxin, bl-ittra M (ta' Madrid) tkun l-aktar waħda importanti u ċentrali, qalb ċirku tond.[4] Il-bidla segwenti fil-konfigurazzjoni tal-emblema damet ma saret sal-1920 wara l-kisba tal-presidenza ta' Pedro Parages. F'dak iż-żmien, ir-Re Alfonso XIII ta lill-klabb il-patroċinju rjali tiegħu li wasal fil-forma tat-titlu "Real", li tradotta tiġi "Rjali".[5] B'hekk, il-kuruna ta' Alfonso ġiet miżjuda mal-emblema u l-klabb biddel ismu għal Real Madrid Club de Fútbol.[4] Bix-xoljiment tal-monarkija fl-1931, is-simboli rjali kollha (il-kuruna fuq l-emblema u t-titlu Real) ġew imneħħija. Il-kuruna ġiet sostitwita minn faxxa skura kulur iċ-ċawsla tar-Reġjun ta' Kastilja. Fl-1941, sentejn wara t-tmiem tal-Gwerra Ċivili, ir-"Real Corona" tal-emblema, jew il-"Kuruna Rjali", reġgħet ġiet mpoġġija fuq l-emblema waqt li anke l-faxxa ta' Kastilja wkoll baqgħet. Aktar minn hekk, l-emblema ingħatat il-kulur, bil-kulur dehbi jkun l-iktar pominenti, u l-klabb reġgħet beda jissejaħ Real Madrid Club de Fútbol.[4] L-aktar modifika riċenti li saret, saret fl-2001 meta l-klabb ried li tkun aktar kontemporanja għas-seklu 21 u standarizza aktar din l-emblema. Waħda mill-modifikazzjonijiet li saret kienet li l-istrixxa dijagonali jitbiddlilha l-kulur għal wieħed aktar ikħal.[4]
Il-kuluri tradizzjonali ta' Real Madrid għal logħob ġewwa darhom huwa kollu abjad, minkejja li għall-bidu kienet ġiet adottata strixxa oblikwa bluna fuq il-flokk.[6] Il-flokk bl-istrixxa ġie sostitwit minn verżjoni kollha bajda, immudellata skont il-flokk milbus minn Corinthian FC, fl-1902.[7] Fl-istess sena, il-kalzetti bluni ġew sostitwiti minn oħrajn suwed. Lejn il-bidu tal-erbgħinijiet, il-kowċ biddel l-uniformi għal waħda bil-buttuni mal-flokk u l-emblema tal-klabb ġiet pożizzjonata fuq in-naħa xellugija (li baqgħet hekk sal-ġurnata tal-lum). Fit-23 ta' Novembru 1947, f'partita kontra Atlético Madrid fl-Istadju Metropolitano, it-tim ta' Real Madrid sar l-ewwel tim Spanjol li ħareġ bi flokkijiet numerati.
Il-kuluri tradizzjonali għal partiti barra minn darhom huma kollha suwed jew kollha vjola. L-uniformi attwali tal-klabb hi maħduma minn Adidas li l-kuntratt tagħhom mal-klabb jestendi sal-1998.[8][9] L-isponsor attwali tal-uniformi ta' Real Madrid huwa bwin.com, wara l-problemi ekonomiċi ta' BenQ Siemens.[10][11]
Innu[immodifika | immodifika s-sors]
|
|||||
| Problemi fis-smigħ ta' dan il-fajl? Ara l-għajnuna fuq il-medja. | |||||
De las glorias deportivas, que campean por España
va el Madrid con su bandera, limpia y blanca que no empaña.
Club castizo y generoso, todo nervio y corazón,
veteranos y noveles, veteranos y noveles,
miran siempre sus laureles con respeto y emoción.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Enemigo en la contienda, cuando pierde da la mano
sin envidias ni rencores, como bueno y fiel hermano.
Los domingos por la tarde, caminando a Chamartín,
las mocitas madrileñas, las mocitas madrileñas
van alegres y risueñas porque hoy juega su Madrid
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Stadju[immodifika | immodifika s-sors]
Benjamini u rivalità[immodifika | immodifika s-sors]
F'partiti li jintlagħbu ġewwa darhoma, il-biċċa l-kbira tal-postijiet fil-grawnd ikunu okkupati mill-abbonati, li jammontaw għal madwar 68,670.[1] Biex issir abbonat trid issir socio jew membru tal-klabb. Mhux kull membru jista' jiskeb abbonament. Barra l-membri, il-klabb għandu iktar minn 1,800 peñas (gruppi ta' benjamini uffiċjali affiljati mal-klabb) fi Spanja u madwar id-dinja. Real Madrid għandu l-ogħla medja ta' attendenza ta' kull żmien fil-futbol Spanjol u jattira regularment aktar minn 65,000 partitarju fis-Santiago Bernabéu.
Rivalità ma' Barcelona[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-rivalità ma' FC Barcelona hi waħda leġġendarja u tmur lura għat-tensjonijiet politiċi li kienu jinħassu bejn il-Kastiljani u l-Katalani.[12] Il-belt kapitali Madrid hi s-siġġu tal-gvern u tal-familja rjali. Speċjalment matul l-era ta' Francisco Franco, din bdiet tirrapreżenta l-forzi ċentrali ta' fehma konservattiva. Min-naħa l-oħra, kważi kull idea li biddlu l-istorja moderna ta' Spanja – ir-repubblikaniżmu, il-federaliżmu, l-anarkiżmu, is-sindikaliżmu u l-komuniżmu – ġiet introdotta fi Spanja mill-Katalunja, partikularment f'Barċellona. Il-moda, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħwejjeġ, filosofija tal-arti, kienet tidħol l-ewwel minn Barċellona qabel ma kienet tiġi aċċettata mill-kumplament ta' Spanja.[13]
Matul is-snin ħamsin, ir-rivalità ġiet aktar intensea meta l-klabbs waqgħu f'disputa fuq il-firma tal-plejer Alfredo di Stéfano, li finalment ingħaqad ma' Real Madrid u mas-snin kellu jkun figura importanti fis-suċċess miksub mill-klabb.[14] Is-snin sittin raw ir-rivalità tilħaq il-kamp Ewropew meta ltaqgħu darbtejn fit-Tazza taċ-Ċampjins, b'Real Madrid jirbħu fl-1960 u Barça fl-1961. Fis-sena 2000, ir-rivalità reġgħet tkebbset wara d-deċiżjoni kontroversajli ta' Luís Figo li jħalli lil Barça biex jingħaqad ma' Real Madrid.[15] Iż-żewġ timijiet reġgħu ltaqgħu fis-semifinali tal-UEFA Champions League 2002. Real Madrid, iċ-ċampjins eventwali tal-kompetizzjoni, rebħu l-konfront li kien imlaqqam mill-istampa Spanjola bħala l-Partita tas-Seklu. Bħala l-ikbar u l-aqwa żewġ klabbs fi Spanja, ir-rivalità tiġġedded kull sena meta ħafna drabi huma jkunu t-timijiet li jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tal-kampjonat.
Rivalità ma' Atlético Madrid[immodifika | immodifika s-sors]
Real Madrid għandu rivalità storika lokali ma' Atlético Madrid. Minkejja li Atlético kienu oriġinarjament fundati minn tliet studenti Baski fl-1903, magħhom issieħbu fl-1904 membri ta' Madrid FC. Aktar tensjonijiet inħolqu minħabba l-fatt li għall-bidu l-partitarji ta' Atlético kienu ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema, waqt li dawk li jsostnu lil Real Madrid kienu jappartjenu għall-klassi medja. Illum il-ġurnata dawn id-diverġenzi ftit li xejn għadhom jeżistu.
Huma ltaqgħu għall-ewwel darba fil-21 ta' Frar 1929 fit-tielet ġurnata tal-ewwel edizzjoni tal-kampjonat fl-istadju Chamartín. Ir-rivalità kisbet l-ewwel attenzjonii internazzjonali fl-1959 matul it-Tazza taċ-Ċampjins meta ż-żewġ timijiet affrontaw lil xulxin fis-semifinali. Fl-ewwel leg fil-Bernabéu, Real rebħu 2–1, waqt li fit-tieni leg fil-Metropolitano, Atlético ħarġu 1–0 rebbieħa. Il-partita kellha terġa' tintlagħab, b'Real jirbħu 2–1. Madanakollu, Atlético għamlet xi vendetti meta iggwidati mill-eks-kowċ ta' Real José Villalonga, huma rebħu żewġ finali konsekuttivi tal-Copa del Generalísimo fl-1960 u fl-1961. [16]
Bejn l-1961 u l-1989, meta Real iddominaw il-La Liga, kienu Atlético bissu l-uniku sfida serja, hekk kif rebħu t-titli tal-La Liga fl-1966, fl-1970, fl-1973 u fl-1977. Fl-1965, Atlético sar l-ewwel tim li għeleb lil Real fil-Bernabéu fi tmien snin. Il-bilanċ tal-aħħar sfidi kontra Atlético hu aktar favorevoli għal Real. L-ogħla punt tad-dominju tal-merengues wasal fl-istaġun 2002–03 meta permezz ta' rebħa ta' 4–0 fuq Atlético ġewwa l-Vicente Calderón, il-klabb kiseb it-titlu tal-kampjonat.[17]
Rekords u statistika[immodifika | immodifika s-sors]
Il-plejer Manuel Sanchís Hontiyuelo iżomm ir-rekord tal-aktar preżenti mal-ewwel tim ta' Real Madrid, b'total ta' 712-il dehra bejn l-1983 u l-2001.[18] L-attakkant Raúl isegwi wara b'700 apparenza. Ir-rekord għal gowler hu f'idejn Iker Casillas, li jinsab fi kwota 400 apparenza. B'127 dehra internazzjonali (47 waqt li kien għadu mal-klabb), Luís Figo tal-Portugall iżomm ir-rekord tal-aktar plejer ta' Real li lagħab mat-tim nazzjonali.[19]
Raúl hu l-aqwa skorer ta' kull żmien għal Real, bi 316-il gowl f'700 partita (1994–preżent).[3] Erba' plejers irnexxielhom jaslu sat-tragward ta' 200 gowl għal Real: Alfredo di Stéfano (1953–64), Carlos Santillana (1971–88), Ferenc Puskás (1958–66) u Hugo Sánchez (1985–92).
Skwadra kurrenti u staff[immodifika | immodifika s-sors]
L-ewwel tim[immodifika | immodifika s-sors]
Mis-26 ta' Awwissu 2015[20]
|
|
Plejers barra b'self[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
Staff[immodifika | immodifika s-sors]
Bord tad-diretturi[immodifika | immodifika s-sors]
| Isem | Rwol |
|---|---|
| Florentino Pérez | President |
| Eduardo Fernández de Blas | Viċi-President |
| Enrique Sánchez González | Segretarju |
| Jorge Valdano | Direttur Ġenerali u Għajnuna Presidenzjali |
| Manuel Redondo | Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju tal-President |
| Miguel Pardeza | Direttur Sportiv |
Plejers[immodifika | immodifika s-sors]
Kaptani[immodifika | immodifika s-sors]
| Perjodu | Isem | Preżenzi | Gowls |
|---|---|---|---|
| 1948–1958 | 347 | 23 | |
| 1958–1961 | 306 | 96 | |
| 1961–1971 | 605 | 183 | |
| 1971–1976 | 471 | 155 | |
| 1976–1979 | 595 | 210 | |
| 1979–1988 | 643 | 290 | |
| 1988–2001 | 710 | 49 | |
| 2001–2003 | 598 | 126 | |
| 2003–preżent | 687 | 311 |
Rekords tal-plejers[immodifika | immodifika s-sors]
L-aktar apparenzi[immodifika | immodifika s-sors]
| # | Isem | Karriera | Apparenzi | Gowls |
|---|---|---|---|---|
| 1 | 1983–2001 | 712 | 49 | |
| 2 | 1994–preżent | 696 | 316 | |
| 3 | 1971–1988 | 643 | 9 | |
| 4 | 1953–1971 | 605 | 183 | |
| 5 | 1989–2003 | 598 | 126 | |
| 6 | 1973–1989 | 577 | 11 | |
| 7 | 1964–1979 | 561 | 171 | |
| 8 | 1981–1996 | 560 | 130 | |
| 9 | 1996–2007 | 527 | ||
| 10 | 1996–preżent | 508 |
L-aktar gowls[immodifika | immodifika s-sors]
Presidenti[immodifika | immodifika s-sors]
- Sas-17 ta' Jannar 2009.[22]
| Isem | Minn | Sa |
|---|---|---|
| 1900 | 6 ta' Marzu 1902 | |
| 6 ta' Marzu 1902 | Jannar 1904 | |
| Jannar 1904 | 1908 | |
| 1908 | Lulju 1916 | |
| Lulju 1916 | 16 ta' Mejju 1926 | |
| 16 ta' Mejju 1926 | 1930 | |
| 1930 | 31 ta' Mejju 1935 | |
| 31 ta' Mejju 1935 | 4 ta' Awwissu 1936 | |
| 4 ta' Awwissu 1936 | 1940 | |
| 1940 | 11 ta' Settembru 1943 | |
| 11 ta' Settembru 1943 | 2 ta' Ġunju 1978 | |
| Settembru 1978 | 24 ta' Mejju 1985 | |
| 24 ta' Mejju 1985 | 26 ta' Novembru 1995 | |
| 26 ta' Novembru 1995 | 16 ta' Lulju 2000 | |
| 16 ta' Lulju 2000 | 27 ta' Frar 2006 | |
| 27 ta' Frar 2006 | 26 ta' April 2006 | |
| 2 ta' Lulju 2006 | 16 ta' Jannar 2009 | |
| 16 ta' Jannar 2009 | 5 ta' Lulju 2009 | |
| 16 ta' Ġunju 2009 |
Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]
Matul l-istorja ta' Real Madrid kien hemm 41 kowċ minn mindu ġie maħtur l-ewwel kowċ professjonista, Arthur Johnson lura fl-1910. L-aktar kowċ li serva fuq bażi ta' żmien u partiti hu Miguel Muñoz (1960–1974) b'604 partiti. L-Arġentin Luis Carniglia hu l-aktar kowċ ta' suċċess fuq bażi ta' persentaġġ ta' rebħiet b'69.81%, waqt li Jacinto Quincoces hu l-inqas wieħed li kiseb suċċess mal-klabb b'37.21% tal-partiti jkunu biss rebħiet.
- Huma biss il-kowċ li rebħu tal-anqas trofew li huma elenkati hawn taħt.[23][24]
| Isem | Perjodu | Trofej | Total | |||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Domestiċi | Internazzjonali | |||||||||
| LC | SC | SS | LC | CL | UC | USC | IC | |||
| 1910–20 | ||||||||||
| 1930–32 | ||||||||||
| 1932–34 | ||||||||||
| 1934–41 | ||||||||||
| 1945–46, 1947–48 | ||||||||||
| 1946–47, 1950–51 | ||||||||||
| 1953–54 | ||||||||||
| 1954–57 | ||||||||||
| 1957–59, 1959 | ||||||||||
| 1959, 1960–74 | ||||||||||
| 1974–77 | ||||||||||
| 1979–82 | ||||||||||
| 1974, 1977–79, 1982, 1985–86 | ||||||||||
| 1986–89, 1992 | ||||||||||
| 1989–90, 1999 | ||||||||||
| 1990–91 | ||||||||||
| 1991–92 | ||||||||||
| 1992–94 | ||||||||||
| 1994–96 | ||||||||||
| 1997–98 | ||||||||||
| 1998–99 | ||||||||||
| 1999-2003 | ||||||||||
| 2003–04 | ||||||||||
| 1996-97, 2006–07 | ||||||||||
| 2007–08 | ||||||||||
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Kompetizzjonijiet domestiċi[immodifika | immodifika s-sors]
- La Liga: 31
- 1931–32, 1932–33, 1953–54, 1954–55, 1956–57, 1957–58, 1960–61, 1961–62, 1962–63, 1963–64, 1964–65, 1966–67, 1967–68, 1968–69, 1971–72, 1974–75, 1975–76, 1977–78, 1978–79, 1979–80, 1985–86, 1986–87, 1987–88, 1988–89, 1989–90, 1994–95, 1996–97, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08
- Tazza tar-Re: 17
- 1904–05, 1905–06, 1906–07, 1907–08, 1916–17, 1933–34, 1935–36, 1945–46, 1946–47, 1961–62, 1969–70, 1973–74, 1974–75, 1979–80, 1981–82, 1988–89, 1992–93
- Supertazza ta' Spanja: 8
- 1988, 1989, 1990, 1993, 1997, 2001, 2003, 2008
- Copa de la Liga: 1
- 1984–85
Kompetizzjonijiet internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
- Tazza taċ-Ċampjins/UEFA Champions League: 9
- 1955–56, 1956–57, 1957–58, 1958–59, 1959–60, 1965–66, 1997–98, 1999–2000, 2001–02
- Tazza Interkontinentali: 3
- 1960, 1998, 2002
- Tazza UEFA: 2
- 1984–85, 1985–86
- Supertazza Ewropea: 1
- 2002
Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]
- Klabbs ċampjins tad-dinja (futbol)
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ a b (Spanjol) Real Madrid Club de Fútbol. Liga de Fútbol Profesional. Aċċess tal-URL: 11-04-2009.
- ^ (Ingliż) Real Madrid Football Club. Madrid Tourist Guide. Aċċess tal-URL: 26-09-2007. Fl-Ispanjol, il-plejers huma mlaqqmin bħala ‘Los Merengues’ li litteralment tfisser ‘il-meringi’ li tapplika għall-uniformi bajda tat-tim.
- ^ (Ingliż) Estadio Santiago Bernabeu. The Stadium Guide. Aċċess tal-URL: 16-09-2007.
- ^ a b c d (Spanjol) Escudo Real Madrid. santiagobernabeu.com. Aċċess tal-URL: 12-04-2009.
- ^ (Ingliż) Presidents — Pedro Parages. Realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 12-04-2009.
- ^ (Spanjol) Camiseta Real Madrid. santiagobernabeu.com. Aċċess tal-URL: 29-11-2008.
- ^ L-uniformi kompleta ta' Real Madrid għal partiti ġewwa darhom, fl-1905, kienet kollha bajda, u kien għalhekk li l-benjamini tagħhom bdew isejjħu 'l-plejers bħala Los Blancos
- ^ Álvaro Velasco. (Ingliż) Leaders in sporting goods. Realmadrid.com, 01-12-2006. Aċċess tal-URL: 12-07-2008.
- ^ (Ingliż) Our Sponsors — Adidas. Realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 18-07-2008.
- ^ Juan José López Soto. (Ingliż) Real Madrid and Bwin sign sponsorship agreement. Realmadrid.com, 11-06-2008. Aċċess tal-URL: 18-07-2008.
- ^ (Ingliż) Our Sponsors — bwin.com. Realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 18-07-2008.
- ^ (Ingliż) The Politics Of Real Madrid Football Club. Aċċess tal-URL: 11-4-2009.
- ^ (Ingliż) Barcelona vs. Real Madrid: More than a game. Time.com. Aċċess tal-URL: 11-04-2009.
- ^ Jimmy Burns: Barca, a people's passion, Bloomsbury Publishing, London 1999, pġ 31-34
- ^ (Ingliż) Figo's the Real deal. BBC Sport, 24-07-2000. Aċċess tal-URL: 11-4-2009.
- ^ Real rebħu l-El Derbi madrileño għal 75 darba.
- ^ (Ingliż) The derby turns 78. Realmadrid.com, 22-02-2007. Aċċess tal-URL: 11-4-2009.
- ^ (Ingliż) Legends — Manolo Sanchís Hontiyuela. realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 10-05-2009.
- ^ (Ingliż) FIFA Century Club (PDF). fifa.com. Aċċess tal-URL: 10-05-2009.
- ^ a b Squad. Real Madrid CF
- ^ (Spanjol) Pepe no se vende. Marca, 13 ta' Lulju 2013. Aċċess tal-URL: 17 ta' Ottubru 2013.
- ^ (Ingliż) Presidents. Realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 12-04-2009.
- ^ (Ingliż) Coaches. Realmadrid.com. Aċċess tal-URL: 08-05-2009.
- ^ (Spanjol) Aquí están todos los entrenadores del Real Madrid.. Historialago.com. Aċċess tal-URL: 08-05-2009.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Real Madrid CF |
- Siti uffiċjali
- (AR, ES, EN, JA, ID) Realmadrid.com – sit uffiċjali
- Stazzjon uffiċjali fuq YouTube
- (ES) Real Madrid Club de Fútbol fuq is-sit uffiċjali tal-Liga de Fútbol Profesional
- Real Madrid CF fuq is-sit uffiċjali tal-UEFA
- Siti ta' aħbarijiet
- (ES) Aħbarijiet ta' Real Madrid minn Marca
- (ES) Aħbarijiet ta' Real Madrid minn AS
- (EN) Aħbarijiet ta' Real Madrid minn Sky Sports